Jinġieb il-Kwadru tal-Madonna tas-Saħħa fis-Santwarju.
1. Il-Ħospice Malta bagħtu jirringrazzjawna tal-ġenerożita’ : Ġabru s-somma ta’ €267.63.
Bil-fondi li jiġbru qed jgħinu lil 1300 familja kull sena.
2. Il-Ħadd 23 t’Ottubru : Jum il-Missjonijiet.
Il-Ġabra tmur għall-Missjoni Franġiskana u dik Djoċesana.
3. It-Tnejn 24 ta’ Ottubru : Jiftaħ il-‘Booking’ għall-Quddies tal-Mejtin 2023. L-Envelopes tal-Mejtin : Issibuhom fejn l-Artal biex tiktbu l-egħżież mejtin.
4. It-Tlieta 25 ta’ Ottubru : 7.00pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju. Taħdita minn Tony Mahoney bis-suġġett :
“Kif qal is-Salmista, ‘Jitgħaxxaq is-Sultan bi ġmielek”.
5. Il-Ħamis 27 ta’ Ottubru : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja. Inħeġġiġkom tattendu.
6. Is-Sibt 29 ta’ Ottubru : 5.00pm u 6.30pm Se jkollna fis-Santwarju l-Kwadru devot tal-Madonna tas-Saħħa għal qima u t-talb għall-morda tagħna.
7. Is-Sibt 29 ta’ Ottubru : Sbieħ il-Ħadd naqilbu għall-ħin tax-Xitwa.
Il-Quddies ta’ matul il-ġimgħa jkun fis-6.00pm.
Is-Sibt u l-Ħadd, il-Quddiesa tibqa’ fis-6.30pm.
8. Il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru : Se nżuru ċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.
9.00am Tluq mis-Savoy Bus Stop.
Biljetti jiswew €5 mingħand Marianne Bonaci.
9. Trid tidħol membru fl-Għaqda Volontarja Parrokkjali :
“Il-Ħbieb tas-Santwarju?” :
Uru l-imħabba u l-impenn tiegħek lejn is-Santwarju billi tidħlu fl-Għaqda msemmija.
Min jixtieq jidħol membru jkellem lill-Kappillan jew lil Peter Darmanin.
10. Grazzi lil kull min din il-ġimgħa kien daqshekk ġeneruż. Inġiebu ħafna xirjiet tal-Ikel għall-Food Bank.
Grazzi f’isem dawk li jibbenefikaw minnu.
11. Kors ta’ Kana jibda Jannar : Min irid jinkiteb għal Kors ta’ Jannar 2023 fadal xi postijiet! Il-Koppja tiġi l-Uffiċċju biex timla’ l-formola.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.