1. Illejla ndawwru L-Arloġġ siegħa lura u nibdew il-ħin tax-xitwa : Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, il-Quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6.00pm.
2. Ġabra Ġurnata Missjunarja : €1,179. Grazzi f’isem il-Missjoni. U l-Envelopes għadhom deħlin. Nirringrazzjawkom.
3. Inkunu ‘Dixxipli Ekoloġiċi’ u nibnu dinja aħjar : Hija Inizzjattiva ta’ David Pace O’Shea flimkien mall-Parroċċa. Tingħata Pjanta għad-dar biex issaqquha filwaqt li tingħad Talba apposta. Tistgħu tiġbru ‘flyer’ informattiv minn ħdejn il-bibien tal-Knisja u tħallu isimkom u n-numru tal-mobile ma’ David fuq iz-zuntier.
4. Sound in Silence iffurmat minn 2 Mużiċisti Maltin : Ser ikunu fostna wara l-Quddiesa tal-11.00am illum illum il-Ħadd. Stefan Calleja u Desiree Quintano se jagħtu ‘performance’ ta’ 10 minuti mużika klassika u meditattiva fuq iz-zuntier. Din hi inizzjattiva tat-Tejatru Sależjan, Sliema.
5. Infakkar lill-Ġenituri : Biex jiċċekkjaw l-email regolari għall-Lezzjonijiet tal-Katekiżmu u jikkomunikaw mall-Katekisti li jkunu rċevewhom. Il-Ġenituri jistgħu jiġbru l-Kotba tal-Katekiżmu mill-Kunvent mingħand Fr Joe Caruana bejn is-6.30pm u s-7.30pm.
6. Infakkru fl-Envelopes biex tiktbu l-ismijiet tal-Egħżież Mejtin :
Ikollhom sehem mill-quddies ta’ filgħaxija tax-xahar ta’ Novembru.
7. Irtir tas-Sena : Fr Stephen Sciberras u l-Kappillan se jattendu għall-Irtir fil-Kunvent ta’ Għawdex mill-lum il-Ħadd sal-Ġimgħa. L-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.
8. Il-Kummissjoni Festa tavża : Li dan il-weekend hem il-Bazaar fil-Każin Banda Sliema.
Ħin : 8.00am – 1.00pm. u 4.00pm – 8.00pm.
Qedin jiġu segwiti r-regoli relatati mall-Covid 19.
Il-Bingo ta’ nhar ta’ Erbgħa u l-Ħadd għalissa twaqqfet għal ġid ta’ saħħet kulħadd. Ninfurmawkom meta jerġgħu jibdew.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.