Festa ta’ San Franġisk t’Assisi
1. Ottubru huwa x-xahar tar-Rużarju : Filgħaxija, ir-Rużarju jingħad quddiem Ġesu’ espost u nitolbu għall-Paċi fid-dinja.
2. It-Tlieta 4 ta’ Ottubru : Festa ta’ San Franġisk il-Belt mall-Franġiskani u l-Provinċjal. 5.00pm Tluq bit-trasport mis-Savoy Bus Stop. Biljetti €5 mingħand Marianne Bonaci.
3. It-Tlieta 4 ta’ Ottubru : 7.00pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju miftuħa għal kulħadd. Jitkellem Peter Darmanin bis-suġġett : “Il-Prova tal-Fidi”.
4. L-Erbgħa 5 ta’ Ottubru : 5.15pm Il-Kandidati tal-Griżma jiltaqgħu fiċ-Ċentru Sant Antnin. Imorru l-Uffiċċju Parrokkjali u jkollhom il-Qrar fil-Kappella tas-Sagrament.
5. L-Erbgħa 5 ta’ Ottubru : 9.00am Il-Club tal-Anzjani jiltaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali.
6. Il-Ħamis 6 ta’ Ottubru : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja. Inħeġġiġkom tattendu.
7. Il-Ġimgħa 7 ta’ Ottubru : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Aħna l-Patrijiet inżuru l-morda u l-anzjani tagħna fid-djar tagħhom għall-qrar u t-tqarbin.
8. Il-Ġimgħa 7 ta’ Ottubru : 7.00pm Laqgħa fil-Knisja għall-Ġenituri/Kustodji, Parrini u Kandidati tal-Griżma. Importanti li kulħadd jattendi.
9. Is-Sibt 8 ta’ Ottubru : 6.30pm Transitu ta’ Missierna San Franġisk. Jitbierek Kwadru li jirrappreżenta lil San Franġisk impitter mill-Artist is-Sur Louis Cassar li irregalah lilna biex jitpoġġa fuq l-Artal ta’ San Franġisk.
10. Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru : Festa ta’ Missierna San Franġisk fis-Santwarju tagħna. 930am Quddiesa tat-Tfal u l-Familji. 10.30am Purċissjoni bl-Istatwa ta’ San Franġisk bis-sehem tal-Banda Sliema li tgħaddi minn Trofimu, Sta Marija, Rudolph u S. Ġwann Battista. It-Tfal jinġabru quddiem iċ-Ċentru bil-PETS li jitbierku fuq iz-Zuntier.
11. Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru : 9.30am Jingħata l-Mandat lill-Katekisti.. Is-Sena Kateketika tiftaħ fil-ġimgħa li tibda fl-10 ta’ Ottubru. Issa li t-Tfal ġew Irreġistrati nirringrazzja lill-Ġenituri li jafdawna biex ngħaddu t-tagħlim Nisrani lil uliedhom. In-numru tat-Tfal li jirċievu l-Katekiżmu fil-Parroċċa tagħna irdoppja f’dawn l-aħħar snin.
12. Il-Weekend tat-8 u d-9 ta’ Otturbu : Voluntiera minn Hospice Malta se jkunu fuq iz-Zuntier biex jiġbru flus għall-Hospice. Inħeġġiġkom tkunu ġenerużi.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.