Jum l-Omm

1. Il-Ġabra Speċjali : Kienet €518.60 Nirringrazzjawkom.

2. It-Tnejn 13 ta’ Mejju :
• 9.30am Laqgħa tal-Fratellanza tas-S.smu Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
• 4.00pm Inkomplu bit-Tberik tal-Familji. Dawk il-Flats li għal xi raġuni ġew maqbuża, ser nibgħutulhom nota biex nerġgħu niġu għat-Tberik. Min għal xi raġuni oħra ma’ berikx u jixtieq it-Tberik, kemm jikkuntattjana. Grazzi talli tikkumpatuwna.

3. It-Tlieta 14 ta’ Mejju : 7.00pm Taħdita minn Joe Gatt bis-suġġett “Tista’ tkun ferħan?” Issir fis-Sala tal-OFS, ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan. Kulħadd hu mistieden.

4. L-Erbgħa 15 ta’ Mejju : Nagħtu bidu għas-7 Erbgħat bi tħejjija għal Festa tas-Sultana Tagħna. Fil-għaxija ssir Quddiesa bi ħsieb, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika biex inħejju m’mod spiritwali għal Festa. L-Inkurunazzjoni titlob minna Impenn.

5. Il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju : 7.15pm Kunsill Pastorali Parrokkjali mall-Kappillan.

6. Il-Konfraternita’ tal-Madonna : Tavża lil Fratelli u Konsorelli biex iħallsu l-miżata annwali tagħhom matul ix-xahar ta’ Mejju lil Ms Marianne Bonaci.

7. Il-Ħamis 16 ta’ Mejju: Ħarġa Kulturali mill-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent. Inżuru l-Arkivji Nazzjonali, Wirja tal-Farmaċija u l-Ġnien Howard, ir-Rabat. 9.00am Tluq u lura f’nofsinhar. Prezz: 5.00 Euro. Biljetti mingħand Simiana jew Peter Darmanin 9976 2775.

8. It-Tlieta 21 ta’ Mejju : Ħarġa organizzata mill-Parroċċa. 8.30am Tluq mis-Savoy bus stop għal Buġibba u Buffet Breakfast il-Lukanda S.Antonio. Ikollna ħin liberu f’Buġibba. Prezz: €19 kollox inkluż. Bookings mingħand Brian Vigar jew P.Clive Camilleri ofm.

9. Il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju, lejliet il-Festa Liturġika : Issir il-Vestizzjoni fil-Konfraternita’ tal-Madonna. Min hu interessat javviċina lir-Rettur is-Sur Tony Vidal jew lis-Segretarja Ms Marianne Bonaci.

10. Kummissjoni Festa tavża :
• Is-Sibt 18 ta’ Mejju : 8.30am sal-4.00pm Free Carwash biswit ċ-Ċentru Sant’Antnin. Donazzjonijiet jiġu aċċettati. Attivita’ organizzata miż-Żgħażagħ tal-Parroċċa.
• Il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju : BBQ l-Kunvent fl-okkazjoni tal-Festa Liturġika. Bookings għand Brian Vigar. Prezz €15 li jinkludi l-ikel u x-xorb. Tfal taħt it-12 il-sena b’xejn.
• Se jiġi ppublikat il-Ktieb Annwali tal-Festa 2019. Min jixtieq jew jaf lil xi ħadd li jixtieq jirreklama fuq din il-Pubblikazzjoni, napprezzaw ħafna.
• F’Ġunju ser isir Bazaar b’risq il-Festa. Min għandu xi affarijiet jista’ jċempel fuq in-numru li hemm fin-Notice Board.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.