Il-Fidi hi Rigal ta’ Alla l-Missier
1. Dan il-weekend tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Stella Maris : Nawguraw il-Festa t-tajba lill-Arċipriet, il-Kleru u l-Parruċċani kollha ta’ Stella Maris.
2. Il-Ħamis 26 ta’ Awwissu : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja b’temi attwali.
3. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali: “IL-Ħbieb Tas-Santwarju” fil-preżenta għandha bilanċ ta’ €1,065 eruo.
L-Għaqda tilqa’ bi pjaċir applikazzjonijiet ta’ sħubija.
Infakkru li dawn l-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kappillan jew minn fuq il-mejda li hemm fl-artal tal-Qalb ta’ Ġesu’ fis-Santwarju.
Kunu ġenerużi. Nirringrazzjawkom.
4. Il-Programm tat-3 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni :
Tal-Istatwa tas-Sultana Tagħna jibda mit-22 u jintemm fid-29 ta’ Settembru. Se jkollna fostna matul dik il-ġimgħa il-Bastun ta’ San Ġużepp Inkurunat.
5. Katekiżmu tat-Tfal għas-Sena 2021 – 2022 :
F’Settembru nagħtukom id-dati tar-Reġistrazzjoni.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
MOB: 2131 3505 / 7953 7719.