787733-400xNoneIl-Papa Franġisku qal li l-qrati ma jaslux għall-ġustizzja vera għax hi ġustizzja tal-kastig.

Waqt l-Udjenza ta’ kull nhar ta’ Erbgħa, il-Papa Franġisku kompla bil-katekeżi tiegħu fuq il-ħniena, u tenna li l-ġustizzja vera hi l-Ħniena t’Alla.

Qal li l-Kelma t’Alla tippreżenta lil Alla bi ħniena infinita imma b’ġustizzja perfetta.

Spjega li meta naħsbu fuq ġustizzja moħħna jmur fuq ġustizzja legali, li twassal għall-kastig.

Madanakollu sostna li l-Bibbja tippreżenta l-ġustizzja vera bħala proċess li tevita t-tribunal.

Din il-ġustizzja tistieden għall-konverżjoni, billi tgħin lill-individwu jara l-ħażin li għamel u b’hekk ikun miftuħ għall-maħfra.

Huwa stieden lil kulħadd biex bħat-tfal ta’ Alla jkunu miftuħa għall-ħniena Divina tiegħu u jkunu ġenerużi biex jaqsmuha ma’ ħaddieħor.