Fl-1872 qassis mill-Belt, Dun Pawl Vella D.D. kellu dar ta’ villeġjatura f’ Tas-Sliema. Hu beda jitħabat biex jibni knisja fuq art imħollija mill-Kapitlu Kattidral apposta. Il-Knisja bdiet tinbeda fl-1877 u ddedikatha lis-Sinjura tagħna tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’. Illum magħrufa Madonna tas-Sacro Cuor. Il-bini tlesta f’ Ġunju 1881. F’ Novembru tal-istess sena ġiet mogħtija lill-Patrijiet Franġiskani Minuri. Saret Parroċċa fl-1918.