1. It-Tlieta 18 t’Ottubru : 4.30 pm Laqgħa tal-Grupp ta’ Talb ta’ San Pio ta’ Pietralcina fil-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris.
2. It-Tlieta 18 t’Ottubru : 7.00pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju. Kelliema: Żewġ membri mill-Kunsill Nazzjonali.
3. L-Erbgħa 19 t’Ottubru : Il-Club Anzjani ser jorganizza l-1 Ħarġa għal dan l’istaġun. Inżuru Popeye Village.
9.00am Jiltaqgħu s-Savoy Bus Terminus. Prezz €10.
4. Il-Ħamis 20 ta’ Ottubru : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja. Inħeġġiġkom tattendu.
5. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali : “Il-Ħbieb tas-Santwarju” tappella għal aktar membri. Uru l-imħabba u l-impenn tagħkom lejn is-Santwarju billi tidħlu fl-Għaqda.
Min hu nteressat ikellem lill-Kappillan jew lil Peter Darmanin.
6. Il-Ħadd 23 t’Ottubru : Jum il-Missjonijiet.
Il-Ġabra tmur għall-Missjoni Franġiskana u dik Djoċesana.
7. It-Tnejn 24 ta’ Ottubru : Jiftaħ il-‘Booking’ għall-Quddies tal-Għeżież Mejtin għas-Sena 2023. Bookings isir fis-Sagristija.
8. L-Envelopes tal-Mejtin : Issibuhom fejn il-bibien ta’ barra biex tiktbu l-egħżież mejtin tal-familji tagħhom.
9. Nieħdu l-okkażjoni biex Nirringrazzjaw : Lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom fiċ-Ċelebrazzjoni tar-4 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni u ta’ San Franġisk. L-għajnuna tagħkom hi dejjem apprezzata. U l-preżenza tagħkom timliena bil-kuraġġ.
10. Fil-ġranet li ġejjin : Se jibda x-xogħol ta’ żebgħa u manutenzjoni fis-Sala t’isfel fiċ-Ċentru Sant’Antnin biex ikollna post ieħor akkoljenti fejn isiru l-laqgħat.
11. Membrane fuq is-Saqaf tal-Knisja :
Bħalissa qed nevalwaw il-Kwotazzjonijiet li ġbarna.
L-ispiża ser tkun kbira għax il-ħsara hi kbira. Is-sena li għaddiet sar il-membrane fuq l-Apside.
Fil-ġimgħat li ġejjin ser intellgħu sett ta’ Ritratti li jispjegaw aħjar fhiex tikkonsisti l-ħsara.
Aħna nafdaw fil-ġenerożita’ tagħkom biex inkomplu nipproteġu s-Santwarju mill-ħsara.
12. Il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru : 6.45pm Tittella’ t-8 Edizzjoni ta’ Tas-Sliema Wirt u Niesha u Premju Ġieħ tas-Sliema 2022, fis-Sala DePorres Hall. Dħul b’xejn. Biljetti mill-Kunsill Lokali Sliema.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.