Artikli

2130 of 105 items

Kellha ragun Ommok, Marija. – Tony Mahoney

by Administrator

KELLHA RAĠUN OMMOK, MARIJA. Qed nikteb f’inżul ix-xemx, meta l-għabex ta’ filgħaxija, bi’ swaba twal qed iwarrab il-ftit ħmura li għad fadal, ta’ nżul ix-xemx mis-sema, u jifrex il-mant sewdieni tal-lejl. B’hekk jibdew jidhru aktar il-kwiekeb fiddiena, il-messaġġiera tal-lejl. Sadattant qed nisma’ mużika msejjħa “Nocturne” ta’ Chopin. Daqq fuq il-pjanu li ħalla warajh l-ghażiż ibni […]

Kif nistghu nghixu l-fidi taghna fil-prattika? – Cecilia Attard

by Administrator

Gheziez Huti f’San Frangisk, F’dawn l-ahhar tlett xhur, ahna tas-65+, ir-responsabbilta talbitna biex noqghodu gewwa. Nahseb xi ftit lkoll ghamilna d-dwejjaq minhabba li ma stajniex nohorgu u naqdu l-affarijiet taghna.  B’hekk ir-rutina li konna mdorrijien biha tharbtet u spiccajna niddependu kollox fuq haddiehor.  Kien hemm drabi wkoll li bdejna naqtghu qalbna ghax konna ghad ma […]

“Agħmlu dan b’tifkira tiegħi”. – Peter Darmanin

by Administrator

Il-Paci maghkom, hbieb tieghi,Kif intom? Kemm ilna ma niltaqghu hux? It-triqat t’Alla ma jifhimhom hadd.Nhar il-Hadd li ghadda ccelebrajna l-festa ta’ Corpus Christi u l-Hadd li gej se niccelebraw il-festa tal-Qalb ta’ Gesu. Zewg festi tant gheziez ghalina l-Maltin. Zewg festi ddedikati lil Gesu Kristu, it-Tieni Persuna tat-Trinita Mqaddsa.Kien il-Papa Urbanu IV li fl-1264 waqqaf […]

“Jien maghkom dejjem sa l-ahhar taz-zmien.” (Matt, 28, 20). – Pauline Darmanin

by Administrator

Ghezez hbieb, Ghadna kif iccelebrajna festa kbira ohra tar-Religjon Kattolika – It Trinita Qaddisa, jew ahjar ii-Misteru tat-Trinita Qaddisa. Huwa Misteru li jikkonfondi lil hafna. Dawk li ma jhaddnux ir-Religjon Kattolika jirrifjutawh, u dawk li huma Kattolici jsibu diffikulta biex jispjegawh. Hekk hu. Hija kwistjoni ta’ fidi. Il-mohh tal-bniedem qatt ma jista jifhem kif jista […]

“Ġesu ibqa’ magħna”. – Joe Gatt

by Administrator

Ħuti f’San Franġisk, Fi żmien il-Għid, li għadu kif intemm is-silta mill-qari tad-Dixxipli ta’ Għemmaws inqrat kemm-il darba minnħabba l-importanza tagħha meta l-mixja fit-triq lejn Għemmaws saret ftit ta’ ħin wara li Ġesu qam mill-mewt. Mela għaliex id-dixxipli ta’ Għemmaws kellhom ikunu mnikkta f’dik l-għodwa tant ferrieħa. Għaliex meta fit-tielet jum ma raw xejn speċjali […]

QALU LI PIETRU KIEN FIS-SAKRA B’INBID ĠDID ? (AA 2:13) – Tony Mahoney

by Administrator

QALU LI PIETRU KIEN FIS-SAKRA B’INBID ĠDID ? (AA 2:13) U Pietru, li madwaru kien hemm l-aħwa, għolla leħnu u qal: ‘Aħna popli minn mitt ġens, smajnieh – kulħadd semgħu bil-lingwa tiegħu – jien u intom, kulħadd semgħu u fehemu bl-ilsien tiegħu. Hu kellimna dwar Kristu Ġesu, dwar l-Ispirtu s-Santu u dwar il-Missier.’ X’dikjarazzjoni, x’kuraġġ, […]

Din is-sena niftakru biss … u nittamaw fi granet ahjar. – Pauline Darmanin

by Administrator

Gheziez hbieb, Wasalna f’nofs Mejju u fl-ghaxar gimgha ta’ lockdown ahna ‘l-vulnerabbli’!   Ghalija Mejju huwa l-isbah xahar tas-sena. Ix-xemx titbissem izjed ghax il-granet jitwalu. Inwarrbu l-kowtijiet, il-gkieket u l quilts. Huwa x-xahar meta nibdew inharsu lejn passiggatti max-xtajta, forsi xi safra, xi mawra sa Ghawdex, xi ghawma. Mejju jgibli memorji sbieh ta meta kienet […]

“Aqdef ‘il barra fil-fond, u kalaw ix-xbiek tagħkom għas-sajd.” – Peter Darmanin

by Administrator

“Il-Paci maghkom, hbieb tieghi,Gimgha wara ohra u z-zmien igerbeb. Dhalna fid-disa’ gimgha maqfulin fic-cenaklu tal-ghorfa taghna. Kif intom huti fl-Ordni Frangiskan?Meta nohrog fil-veranda ta’ spiss nara xi dghajjes ghaddejjin u dritt niftakar fi kliem Kristu lil Xmun Pietru: “Aqdef ‘il barra fil-fond, u kalaw ix-xbiek tagħkom għas-sajd.” Luqa 5-4. Ahna lkoll f’bahar wiehed u Gesu […]

Ghaliex Mulej – Joe Gatt

by Administrator

Għeżież ħuti f’San Franġsk, Minħabba l-pandemija tal-Covid-19 smajna nies li għalkemm huma nies ta’ fidi f’Alla xorta waslu biex staqsew, “Imma għala Alla ppermetta din l-pandemija tirkibna daqs hekk u tkun kaġun ta’ eluf mejta u morda? Ma setax Alla jwaqqafha? Tidher cara li din il-mistoqsija ħarġet minn qalb miġugha kaġun il-biża u l-paniku li […]

“Ħsibijiet dwar l-Evanġelju tat-3 Ħadd tal-Għid. – Tony Mahoney

by Administrator

Il-maħbuba dejjem tgħix dik l-esperjenza qawwija li tkun, f’kull sekonda, maġenb il-maħbub tagħha. Fil-ħemda siekta tal-lejl, il-ħsibijiet tagħha huma dejjem fuqu. Bl-aktar mod ħelu ssejjaħlu ismu, u meta għajnejha jmorru biha toħlom dwaru, li qed jersaq lejha biex iħaddanha miegħu. Hekk insibu fl-‘Għanja tal-Għanjiet’ (8:3): ‘Bi driegħu tax-xellug iwieżen rasi, u bil-lemin igħannaqni.’ Bil-maqlub, kemm […]