Fr Alex Borg OFMIt-Tnejn: Fis-7.30pm se jsir programm vokali u mużikali mill-Banda Sliema.

It-Tlieta : Fis-6.30pm Quddiesa bis-sehem tal-anzjani u wara attivita soċjali għalihom.

L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa : Jiem tat-Tridu. Fis-6.15pm Għasar u fis-6.30pm Quddiesa bil-prietka minn Patri Marcello Ghirlando O.F.M..

Il-Ġimgħa : Niftakru fit-talb tagħna f’Patri Clive Camilleri O.F.M. u Patri Ramon Farrugia O.F.M. li se jiġu ordnati saċerdoti. Nawgurawlhom AD MULTOS ANNOS.

Is-Sibt : Fid-9.00am Quddiesa tat-Te Deum. Fil-5.00pm Quddiesa u fis-6.00pm translazzjoni u Quddiesa.

Il-Ħadd : Jum il-Festa Titulari. Quddies : 6.30am, 7.15am, 8.30am – Quddiesa Pontifikali minn Mons. George Bugeja O.F.M., Vigarju Appostoliku ta’ Tripli bil-prietka minn Patri Twanny Chircop O.F.M., 11.00am u fis-6.00pm. Fis-6.45pm Għasar u wara purċissjoni mmexxija mis-saċerdot novell Patri Clive Camilleri O.F.M.

***** Nħeġġu lil kulħadd biex jieħu sehem attiv fiċ-ċelebrazzjonijiet fil-knisja u fit-toroq tagħna bi spirtu nisrani u ċivili.
…………………………………………….

Attivitajiet tal-festa

Issa li tqassam il-ktieb tal-festa, napprezzaw li dawk li ma kienux id-dar, jwasslu l-envelop lil kappilan jew jitfgħuh fil-qoffa tal-ġbir. Fuq iz-zuntier qed jinbgħu xi gadgets tal-festa.