Fr Alex Borg OFMIt-Tnejn : Niċċelebraw is-Solennita ta’ San Ġuzepp. Bejn il-5.00 u s-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali se ssir ir-registrazzjoni għall-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza. Tħallux għall-aħħar.

L-Erbgħa: Il-Kummissjoni Anzjani qed torganizza irtir ta’ nofs ta’nhar fiċ-Ċentru Sant’Antnin. Jibda fid-9.00 a.m. bil-Quddiesa. Kulħadd huwa mistieden.

Il-Ħamis : Se jsir il-pellegrinaġġ għal Kurċifiss mirakuluż tal-knisja tagħna tal-Belt. Tluq fl-9.45am mis-Savoy Bus Stop. Se nagħmlu l-Via Sagra u fl-11.00am jkollna l-Quddiesa. Biljetti jinkisbu mingħand Simiana’s jew Simler’s Confectionery. Fil-5.00 pm Adorazzjoni u fis-6.30pm Lectio Divina.

Is-Sibt: Fil-Quddiesa tal-5.00pm se nfakkru lil Bro. Louis Camilleri S.F.C. Imbgħad fis-6.10pm nitolbu l-Għasar.

Il-Ħadd li ġej (26): Fiċ-Ċentru Parrokkjali se ssir il-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza mid-9.00 am sas-6.00 pm. Min ma jistax jattendi, jingħaqad magħna fit-talb.
………………………………..

Nhar it-12 t’April fis-7.30 pm bandisti voluntarji, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Lesly Tabone, se jtelgħu kunċert ta’ marċi funebri fil-knisja tagħna b’risq l-ALS Foundation. Żommu din id-data libera.
………………………………..

Attivitajiet tal-festa

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira ser ngħamlu l-viżti u nżuru l-vari u l-wirjiet ġewwa l-Parroċċi ta’ Rahal il-Ġdid, Naxxar u Mosta. Tluq fit-8.00am mis-Savoy Bus Stop u l-biljetti €5 mingħand Brian Vigar.
………………………………..

Ta’ kull sena il-Kummissjoni Festi qegħda tiehu ħsieb li tbidel il-bozoz li jintramaw fit-toroq fi żmien il-festa għal dawk LEDs sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl. Din is-sena ser tinbidel Triq Manwel Dimech u l-ispiża kollha tammonta għal €3,200. Għalhekk ser jsiru żewġ ġabriet mit- triq msemmija nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Marzu u oħra fl-aħħar t’April. Il-ġbir jibda wara l-4.00pm. Napprezzaw l-għajnuna tar-residenti ta’ din it-triq sabiex jitaffew ftit mill-ispejjes.