OFSSan Franġisk, meta kien għadu mimli bil-għomor, u wkoll wara l-mewt tiegħu, ħajjar bosta biex jaqdu ‘l Alla fi ħdan il-Familja Reliġjuża li waqqaf. Iżda ġibed għadd kbir ta’ lajċi biex jidħlu fil-Familja tiegħu, waqt li sakemm hu possibbli jibqgħu jgħixu fid-dinja. Tabilħaqq aħna nifirħu li l- “Kariżma Franġiskan” għadu f’saħħtu sallum għall-ġid tal-Knisja u tal-komunita.

Kienet ix-xewqa ta’ Franġisku li l-programm ta’ ħajjitna l-Franġiskani jkun il-Vanġelu ta’ Ġesu Kristu; li naqrawh, nistudjawh u nifhmuh … imbagħad napplikawh għal ħajjitna. Dan nagħmluh billi nagħtu xhieda Tiegħu, bi kliemna, b’għemilna ma’ kulħadd, bl-eżempju ta’ ħajjitna.

Għalhekk il-Fraternita lokali, tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Qalb ta’ Ġesu tistieden lill-Aħwa jiltaqgħu kull nhar ta’ Tlieta, fil-kamra li ġentilment ġiet mislufa mis-Superjur, Patri Pawl Galea ofm. Hemm isiru Taħditiet regulari dwar il-Kelma t’Alla u kif napplikawha għall-ħajja.

Għax-xhur ta ’Frar u Marzu, minbarra t-Taħditiet se jkollna:

 servizz tat-Talb tas-Salmi,

 nimmeditaw il-Passjoni ta’ Kristu (Power-point)

 nofs ta’nhar ta’ Ġabra bis-Sagrifċċju tal-Quddiesa u Taħdita minn Patri Pawl Gatt OP

Kulħadd huwa mstieden.

Fid-dħul tal-ġenb, fejn hemm il-bejgħ ta’ oġġetti sagri, issibu Notice Board tal-Ordni Franġiskan Sekular, bl-AVVIŻI mportanti ta’ matul ix-xahar.

Anthony Mahoney
Ministru, OFS