Fr Alex Borg OFMF’isem il-Fraternità Franġiskana u dik Parrokkjali nawgurawlkom il-Milied it-Tajjjeb.

L-Erbgħa : Fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena fil-quddiesa tas-6.00pm ser niċċelebraw Ċelebrazzjoni Penitenzjali (bil-QRAR) bi tħejjija għall-Milied. Għalhekk nħeġġukom biex ma titilfux din l-okkażjoni biex tersqu għall-qrar.

Fil-5.15 pm fiċ-Ċentru Parrokkjali ser tkompli n-Novena tat-Tfal kollha.

Il-Ħamis: Lejliet il-Milied – Quddiesa fil-5.00pm. Fis-5.45 pm nitolbu r-Rużarju quddiem Ġesù Espost. Imbgħad niċċelebraw il-quddiesa fis-6.30pm. Sadanittant fis-6.15pm toħroġ il-purċissjoni tal-Bambin miċ-ċentru tal-M.U.S.E.U.M., li ser iddur mat-toroq tal-Knisja. Fis-7.15pm jittella’ programm mit-tfal fil-Knisja. Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jattendi.

Il-Knisja terġa’ tiftaħ fl-10.30pm biex fil-11.00pm tibda ċ-ċelebrazzjoni tal-lejl imqaddes tal-Milied. Waqt dan il-ħin mhemmx Qrar.

Il-Ġimgħa: Il-Milied Imqaddes. Il-Quddies kollu jkun bħal tal-Ħdud. F’nofsinhar iikun hemm il-barka tal-Papa fuq it-televizzjoni.

Is-Sibt: Fiċ-Ċentru fl-5.00pm ser isir party għat-tfal kollha. Booking mingħand Mrs. Rita Mifsud

Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru: Festa tal-Familja Mqaddsa. Il-Quddiesa tad-9.30am ser iqaddisha Fr Ray Toledo u ser tkun animata mill-grupp Belong. Għaliha qed jiġu mistiedna l-familji li għadhom qed irabbu t-tfal. Wara ser ikun hemm laqgħa soċjali fiċ-Ċentru.

Maria Farrugia u May Borg twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. Mulej agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem.