Fr Alex Borg OFMIllum fl-4.00pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza.

It-Tlieta: Fl-4.30pm, il-Fratellanza tas-Sagrament ser torganizza ħin ta’ riflessjoni għand is-Sorijiet Franġiskani tat-Triq S. Gakbu. Il-programm jinkludi konferenza u Quddiesa. Kulħadd huwa mistieden.

L-Erbgħa: Il-Kummissjoni Anzjani fid-9.00am ser torganizza irtir li jibda b’Quddiesa fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kulħadd huwa mistieden.

Il-Ġimgħa : Ser isir pelegrinaġġ penitenzjali għal Katidral tal-Imdina. Tluq fil-5.30pm mis-Savoy bus stop. Il-booking jista’ jsir mingħand Simianas’ Confectionery u Simlers’ Confectionery. Hemmhekk ser ikun hemm ċelebrazzjoni penitenzjali.

Nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, il-Kurċifiss Mirakoluż, li jinsab fil-Knisja tagħna ta’ S. Marija ta’ Gesu, il-Belt Valletta, ser ikun espost għall-pubbliku.

Il-Ħadd li ġej (13 ta’ Marzu) se ssir il-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza fiċ-Ċentru Parrokkjali mid-9.00am sas-6.00pm. Il-booking huwa miftuħ kuljum wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jew fil-ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali. Fost l-oħrajn, ser ikun hemm Quddiesa u Dun Pawl Camilleri ser ikun disponibbli għall-Qrar u counselling bejn is-2.00 u s-6.00pm. Dan kollu qed isir b’risq id-Dar tal-Providenza. Min ma jistax jattendi jista’ jisponsorja jew lil Gwardjan jew lil Kappillan.
……………………………..
Attivita tal-festa

Attivita’ tal-festa

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħodu ser nagħmlu s-Seba’ Viżti r-Rabat u l-Imdina.

Biljetti mingħand Brian Vigar.
……………………………..

proxy
Anthony Leone u Arthur Grech twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.