Fr Alex Borg OFMIllum (Ħadd) fis-7.15 pm ser jingħad ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza.

It-Tlieta: Fis-6.00pm inkomplu t-tberik u ż-żjarat fi Triq S. Duminku. Fis-7.00pm laqgħa tal-O.F.S. dwar ‘Kif nitkellem m’Alla’.

L-Erbgħa: Il-Kummissjoni Anzjani tavża li fid-9.30 am ser issir laqgħa għal kulħadd fiċ-Ċentru Parrokkjali mis-Sur Joe Frenceh dwar il-Madonna. Jitkomplew l-Erbgħat tal-Madonna ta’ qabel il-festa. Fis-6.30pm Quddiesa bi ħsieb u wara Barka Sagramentali.

Nhar id-19 tax-xahar, il-Kummissjoni Familja qed tistieden lill-missierijiet u l-familji tagħhom għal-quddies tad-9.30am jew tal-11.00am, meta jiġi ċċelebrat Jum il-Missier.

Kull nhar ta’ Ħamis wara d-9.30am qed isir it-tindif tal-knisja ta’ qabel il-festa. Napprezzaw ħafna jekk jkun hawn min jiġi jgħati daqqa t’id.
……………………………..
Bl-għajnuna t’Alla tlesta x-xogħol fuq il-bieb prinċipali tal-knisja u beda r-restawr ta’ wieħed mill-kampanari. Fuq in-noticeboard tistgħu taraw il-ħsara kbira li kien hemm fil-ponta tiegħu. Dan iħeġġiġna biex nkomplu nkunu ġenerużi mal-Fundazzjoni Restawr.

Nhar il-Ħadd ssir il-ġabra speċjali tal-festa tas-Sultana tagħna.
……………………………..

Attivitajiet tal-festa

Din il-ġimgħa ser jibda jitqassam il-ktieb tal-festa fid-djar u jiġu milqgħuha l-envelops bid-donazzjonjiet. Dawk li ma jkunux id-dar, jistgħu jġibu l-envelope fil-knisja. Nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Ġunju se jsir coffee morning ġewwa l-Każin. Aktar dettalji mingħand Brian Vigar.