Id-dielja taghmel weraq, gheneb u nbid
Minn Fr Norbert Ellul-Vincenti ofm

Meta sifirt ghall-ewwel darba, biex nistudja barra, bdejt ninduna bin-natura u bil-kampanja, bis-sigar u l-annimali, u bil-biddliet li jaghmlu kull sena l-istaguni. Malta kont naf li kien hemm is-shana u l-kesha, u l-lejl u n-nhar, imma l-annimali kienu ‘l boghod, u l-frott kien jasal fil-boroz u mhux kont narah imdendel fuq is-sigar. Barra kien hemm izjed kampanja u natura.

Pero Malta, fit-tfuliti kien hemm opra tan-natura li stajt napprezza mill-qrib, ghax fil-bitha taghna dar kellna dielja, f’roqgha ta’ hamrija, veru, imma li kienet qasmet il-blat, sabet il-bir, u refghet rasha sahansitra sa fuq il-bejt.

Fr NorbertIswed zenguli
Kienet taghmel gheneb sabih, iswed, zenguli, mimli likwidu tal-genn. Fuq kollox dan l-gheneb kien jigina bla hlas u minghajr hidma, ghajr il-kinsa tal-weraq meta jfettillu jinxef u jaqa’. Ma nafx min kien igieghlu jinxef dan il-weraq, imma n-natura kienet tikkastigah u taqtghu minn maz-zokk u jaqa’, mal-art, sal-art, jinkines u jintrema’.

Kont drajt nosservah dak iz-zokk, qisu hafna wajers imwahhlin ma’ xulxin, imma b’sahtu, ghax kieku ma kienx iwassal sa fuq il-bejt. Id-dielja ma’ taghmilx zokk ohxon bhas-sigar l-ohra, imma kif ghedna, zokk qisu kompost minn hafna elementi jduru u jergghu iduru, donnu mhux kapaci joqghod bil-wieqfa. Kif jghidu, fl-ghaqda hemm is-sahha.

Imbaghad xi nghidu ghall-weraq? Il-werqa tad-dielja hija kbira u sabiha, tant li Adam u Eva, fil-pittura jidhru libsin werqa tixbahha, meta tkeccew mill-gnien tal-Eden minhabba d-disobbidjenza taghhom.

Weraq tad-deheb biz-zigarelli
Id-dielja ghandha weraq zghir ukol, frisk, sabih, donnu tad-deheb, meta jkun ghadu qed jikber. Mieghu ghandu z-zigarelli nnokklati, qishom biex jippakkjaw xi kaxxa pasta li gejja bhala rigal. U la semmejna l-pasti halli nghidilkom, jekk ma tafux, li hawn min jikolhom dawn il-weraq torja, imdawrin ma’ xi mili – min jaf x’tista’ taghmel go fihom. Qed insemmiehom ghax kilthom xi darba jew tnejn, imma nsejt min ghamilhomli – jien zgur li ma nafx insajjarhom, ghax qatt ma tghallimt insajjar.

Gesu jghidilna li hu id-Dielja u ahna l-Frieghi, ghax kien jaf li ghad jigu nies li jghidu Alla iva, imma istituzzjoni le, biex jiskuzaw ruhhom mill-quddies u mit-taghlim. Le hej, ghax hekk tkun fergha li tinqata’ mis-sigra, u b’hekk ma jkollokx hajja. Tingabar u tintefa’ fin-nar, jghid Gesu. Ajma hej.

Il-Lhud
Il-Lhud huma famuzi ghad-dwieli u l-gheneb, u dejjem kienu hekk, anke fiz-zmien l-Antik Testment. Tant hu hekk li kienu jitghallmu li Alla huwa l-bidwi u d-dielja hija l-poplu. Issa dielja tistenna li taghmel il-frott ghax inkella taqlaghha biex ma tkiddx l-art ghalxejn.

Insibu li fl-antik, Alla, permezz tal-profeta, jilmenta li din id-dielja frott qares qed taghmel. Dan ma joghgbux, ghax id-dielja u l-Knisja it-tnejn inholqu biex jaghmlu frott tajjeb.

Ir-Rumani kienu dilettanti tad-dwieli tafux, ghax kienu jixorbu l-inbid, dejjem imhallat b’hafna ilma. Ghax fl-antik kulhadd kien jibza’ jixrob l-ilma li spiss kien ikun kontaminat b’haga jew ohra. Anke n-Nordici kienu jixorbu l-birra, ghax l-ilma kienu jibzghu minnu. Ghalmenu hekk jghidu l-ghorrief, u jien inhobb noqghod fuqhom.

Malta famuza ghall-gheneb
Illum hawn Malta naraw hafna ghelieqi kbar ta’ dwieli, specjalment biex naghmlu l-inbid, li sar maghruf anke barra minn Malta. U nbid tajjeb, taghna, tafux.

In vino veritas jghidu, jigifieri min jisker taqbizlu xi kelma li turi x’hemm verament f’qalbu. Ghax dejjem kien hawn min jigdeb, sfortunatament. Jinghad li n-nies, meta tisker, hemm zewg kwalitajiet kif dawn igibu ruhhom, xi whud jibku u jridu jkunu hbieb ma’ kulhadd, u ohrajn isiru insolenti jew vjolenti. Is-sokor mhu tajjeb xejn, u l-inbid jghallimna li jew inzommu kontroll
dejjem taghna nfusna jew naqghu ghac-cajt. Ghax l-inbid iholl l-ilsien, u nghidu u naghmlu dak li jhammrilna wiccna meta nirritornaw ghas-serjeta – jekk ma nibqghux ivvizzjati.

Imbierka dik id-dielja ta’ tfuliti – kemm tatna gost nilaghbu ta’ tfal, nilaghbu tal-grocer u nqaxru l-gheneb taparsi bajtar tax-xewk. Imma xewk ma kienx.