1. Il-lejla ma ninsewx indawru l-arloġġ siegħa l-quddiem.
2. Nhar it-Tnejn, 31 ta’ Marzu, Festa Pubblika, il-Quddies ikun bħal fost il-ġimgħa. Infakkrukom li minn nhar it-Tnejn il-Quddiesa ta’ filgħaxija tibda’ ‘ssir fis-6.30pm.
3. L-Ordni Franġiskan Sekular javża li l-laqgħa għax-xahar ta’ April se tinżamm nhar it-Tlieta l-1 ta’ April, fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’Antnin fis-6.30pm. Il-membri huma mitluba jġibu magħhom il-Manwal u l-Folder.
4. Il-Kummissjoni Parrokkjali Anzjani tixtieq tavża li nhar l-Erbgħa 2 ta’ April, ġewwa ċ-Ċentru Parrokkjali Sant’Antnin se jiġi jkellimna l-avukat Dr. Bernard Grech. Kulħadd huwa mistieden. Il-Klubb jiftaħ fid-9.30am.
5. Il-Kap tal-iskola Primarja ta’ tas-Sliema tavża li tfal li jagħlqu tlett snin bejn l-1 ta’ Mejju u l-31 ta’ Diċembru 2014, jistgħu jiġu reġistrati biex jibdew il-Kindergarten f’Ottubru 2014. Biex jirreġistrawhom il-ġenituri jridu jippreżentaw il-karta tal-identita’ taż-żewġ ġenituri, il-kont tad-dawl u l-ilma l-aktar riċenti jew il-kuntratt tad-dar, u n-numru tal-identita’ tat-tifel jew tifla.
6. Attivita’ B’Risq il-Festa. Baqa’ l-aħħar sitt postijiet għall-Pellegrinaġġ li sejrin nagħmlu Lourdes bejn it-28 ta’ Lulju u t-2 ta’ Awwissu. Qed norganizzaw ukoll ġurnata Sqallija nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Mejju. Nagħtukom aktar dettalji fil-jiem li ġejjin. Min huwa nteressat f’dawn iż-żewġ mawriet jista’ jkellem lill-Brian Vigar.
7. Minn nhar il-Ġimgħa 4 sal-Ħadd 6 ta’ April fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’Antnin bejn it-8.00am u t-8.00pm, ikun hemm il-Bazaar. Issibu ħafna affarijiet għal bejgħ fosthom affarijiet għad-dar, ħwejjeġ ġodda, inbid, toys, kotba u pjanti.
8. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħodu sejrin inżuru xi vari fil-Knejjes u wirjiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Sejrin Ħaż-Żebbuġ, Ħal Luqa u ż-Żejtun. Prezz ta’ €5. Tluq mis-Savoy Bus Stop fit-8.30am. Għall-booking u aktar informazzjoni kellmu lill-Brian Vigar.