AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

Fr Alex Borg OFMMill-Kelma tal-Vanġelu tal-Quddiesa tallum, jalla lkoll kemm aħna li nagħtu sehem fil-ħidma pastorali tal-Parroċċa nifhmu l-importanza tas-smiegħ u t-tagħlim mill-Kotba Imqaaddsa waqt il-Lectio Divina li jsir kull nhar ta’ Ħamis fis-7.00pm.

Illejla (is-Sibt, 16 ta’ Lulju) fit-8.00 pm fi Ġnien Indipendenza se ssir purċissjoni aux flambeaux u jintalab ir-Rużarju.

Il-Ġimgħa: Id-Djakonija Tfal se torganizza ħarġa għat-tfal u l-ġenituri għal Għawdex. Tluq fis-7.00 am. Aktar tagħrif qed jidher fin-noticeboard.

Infakkru lill-għarajjes li l-Kors ta’ Kana għandu jsir mill-inqas sentejn qabel id-data taż-Żwieġ. L-Istitut tal-Formazzjoni Pastorali se jorganizza numru ta’ korsijiet għal kulħadd. Aktar tagħrif jidher fin-noticeboard.
…………………..

Attivita b’risq il-festa
Il-Ġimgħa 29 ta’ Lulju ser jsir BBQ ġewwa l-bitħa tal-kunvent. Prezz €12, li jinkludi l-ikel u x-xorb u tfal taħt 12 il-sena b’xejn. Booking mingħand Brian Vigar.
…………………..

goodbyelinneav2

John Casha twieled għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.