1. Id-Dar tal-Providenza ser torganizza Bazaar tal-Milied, nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru mid-9.00am ‘l quddiem fil-post tagħha fis-Siġġiewi. Issibu oġġetti tal-Milied għall-bejgħ waqt li fl-istess ħin tkunu qegħdin tgħinu lid-Dar tal-Providenza.
  2. Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru, il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament se torganizza Pellegrinaġġ għaċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata fejn ikollna Quddiesa fil-Kappella fl-10.00am u jkollna ħin biex inżuru l-oqbra. Tluq fid-9.00am mis-Savoy Bus Stop. Biljetti mingħand Alfred Simler u Lily Abdilla.
  3. Il-Kummissjoni Parrokkjali Familja tal-Parroċċa tal-Balluta ser torganizza seminar ta’ ġurnata għall-miżżewġin, nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru, ġewwa id-Dar tal-Irtiri ‘St. Joseph’, ir-Rabat. Għal aktar informazzjoni araw il-poster li hemm fin-noticeboard tal-Knisja.
  4. Attivita’ b’risq il-Festa. Nhar il-Ħadd li ġej 17 ta’ Novembru, bejn id-9.00am u nofs inhar ser isir il-ġbir mill-membri tal-Kummissjoni Festi, għall-pavaljuni ġodda fi Triq Tonna u Triq Viani u Triq Ġuże’ Ellul Mercer. Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-ġenerożita’ tagħkom.
  5. Nfakkrukom fil-Bazaar li issa ser jsir mhux il-weekend li ġej imma dik ta’ wara, jiġifieri minn nhar il-Ġimgħa 22 sal-Ħadd 24 ta’ Novembru, ġewwa ċ-Ċentru Parrokkjali Sant Antnin bejn 8.00am u t-8.00pm. Ikun hemm ħafna affarijiet għal bejgħ bi prezzijiet irħas. Minn għandu xi affarijiet nitolbuh ġentilment iġibhom ċ-Ċentru minn nhar t-Tnejn ‘l quddiem wara 5.00pm. Nfakkrukom wkoll fil-groceries sabiex jitqiegħdu fil-qfief li ‘ssibu fil-bibien tal-knisja
  6. Fuq iz-zuntier tal-Knisja qiegħed isir il-bejgh tal-Boroż ta’ San Martin u affarijiet oħra relatati ma’ din il-Festa tradizzjonali.
  7. L-Għaqda Żgħażagħ tal-Każin tal-Banda Sliema qed torganizza five-aside football tournament, nhar is-Sibt 23 ta’ Novembru, ġewwa l-football ground tas-Sliema Wanderers ġewwa Tigne. Għal aktar dettalji araw il-posters fuq in-notice board tal-Knisja.